Sentenza tal‑Qorti tal‑Ġustizzja (Is‑Seba’ Awla) tal‑1 ta’ Ottubru 2009 – Il‑Kummissjoni vs Spanja
(Kawża C‑502/08)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2005/60/KE – Prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu – Nuqqas ta’ traspożizzjoni kompleta – Nuqqas ta’ komunikazzjoni tal-miżuri ta’ traspożizzjoni”
1. Atti tal-istituzzjonijiet - Direttivi - Implementazzjoni mill-Istati Membri (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 249 KE) (ara l-punt 21)
2. Stati Membri - Obbligi - Implementazzjoni tad-direttivi - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Ġustifikazzjoni bbażata fuq is-sistema interna - Inammissibbiltà (Artikolu 226 KE) (ara l-punti 24, 25)
3. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 27)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (ĠU L 309, p. 15).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji kollha sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, u billi ma kkomunikax lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali meqjusa bħala li jikkontribwixxu sabiex tiġi żgurata din il-konformità, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 54 ta’ din id-direttiva.
2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy