Sentenza tal‑Qorti tal‑Ġustizzja (Il‑Ħames Awla) tal‑24 ta’ Settembru 2009 – Il‑Kummissjoni vs Spanja
(Kawża C‑504/08)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2006/70/KE – Uffiċjali u politikanti – Ħasil ta’ flus – Traspożizzjoni inkompleta”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal‑Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl‑iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l‑punt 6)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas milli jadotta, fit-terminu previst, id‑dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal‑Kummissjoni 2006/70/KE, tal-1 ta’ Awwissu 2006, li tistabbilixxi miżuri implimentattivi għad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni ta’ persuni esposti politikament u l-kriterji tekniċi għal proċeduri ssimplifikati tad-diliġenza dovuta mal-klijent u għal eżenzjoni għal raġunijiet ta’ attività finanzjarja mwettqa fuq bażi okkażjonali jew limitata ħafna (ĠU L 332M, p. 247)
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d‑dispożizzjonijiet amministrativi necessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE, tal-1 ta’ Awwissu 2006, li tistabbilixxi miżuri implimentattivi għad-Direttiva 2005/60/KE tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni ta’ persuni esposti politikament u l-kriterji teknici għal proċeduri ssimplifikati tad-diliġenza dovuta mal-klijent u għal eżenzjoni għal raġunijiet ta’ attività finanzjarja mwettqa fuq bażi okkażjonali jew limitata ħafna, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 5 ta’ din l-istess direttiva.
2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy