Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is‑Seba’ Awla) tal-11 ta’ Frar 2010 – Il‑Kummissjoni vs Spanja
(Kawża C‑523/08)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2005/71/KE – Proċedura speċifika għall-ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka xjentifika – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
1. Stati Membri - Obbligi - Implementazzjoni tad-direttivi - Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Ġustifikazzjoni bbażata fuq is-sistema interna - Inammissibbiltà (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 11)
2. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 12)
3. Atti tal-istituzzjonijiet - Direttivi - Implementazzjoni mill-Istati Membri - Traspożizzjoni ta’ direttiva mingħajr azzjoni leġiżlattiva - Inammissibbiltà fil-każ ta’ obbligu espress ta’ riferiment għad-direttiva (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 249 KE) (ara l-punti 13, 14)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Nuqqas li jieħu, fit-terminu previst, il-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal‑Kunsill 2005/71/KE, tat-12 ta’ Ottubru 2005, dwar proċedura speċifika għall‑ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka xjentifika (ĠU L 289, p. 15).
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d‑dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad‑Direttiva tal-Kunsill 2005/71/KE, tat-12 ta’ Ottubru 2005, dwar proċedura speċifika għall-ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka xjentifika, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy