Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-29 ta’ Ottubru 2009 – Il‑Kummissjoni vs Il-Polonja
(Kawża C‑551/08)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2005/68/KE – Attività ta’ riassugurazzjoni ta’ persuna li taħdem għal rasha – Aċċess u eżerċizzju – Dispożizzjonijiet nazzjonali eżistenti qabel id-direttiva – Nuqqas ta’ notifika jew nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
1. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Prova tan-nuqqas – Oneru tal-Kummissjoni (Artikolu 226 KE) (ara l-punti 15, 19)
2. Atti tal-istituzzjonijiet – Direttivi – Implementazzjoni mill-Istati Membri (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 249 KE) (ara l-punti 21, 23)
3. Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja – Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni – Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punti 25, 27)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Novembru 2005, dwar ir-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE u 92/49/KEE, kif ukoll id-Direttivi 98/78/KE u 2002/83/KE (ĠU L 323, p. 1).
Dispożittiv
1)
Billi naqset milli tadotta, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2005/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Novembru 2005, dwar ir-riassigurazzjoni u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE u 92/49/KEE kif ukoll id-Direttivi 98/78/KE u 2002/83/KE, u billi naqset milli tinnotifika lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej it-test tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fil-qasam irregolat minn din id-direttiva, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva u, b’mod partikolari, taħt l-Artikolu 64 tagħha.
2)
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy