Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Novembru 2009 – Le Carbone-Lorraine vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-554/08 P)
“Appell – Kompetizzjoni − Akkordji – Artikoli 81 KE u 53 tal-Ftehim ŻEE – Suq tal-prodotti abbażi ta’ karbonju u ta’ grafita għal applikazzjonijiet elettriċi u mekkaniċi – Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17 – Determinazzjoni tal-ammont tal-multa – Gravità tal-ksur − Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva − Prinċipju tan-natura individwali tal-pieni – Trattament ugwali − Prinċipju ta’ proporzjonalità”
1. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Gravità tal-ksur - Teħid inkunsiderazzjoni tal-effetti tal-ksur kollu (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1 A) (ara l-punti 21, 24)
2. Appell - Aggravji – Motiv ippreżentat għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell - Inammissibbiltà - Ilment jew argument ippreżentat għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell - Inammissibbiltà (ara l-punt 32)
3. Kompetizzjoni - Multi - Ammont - Determinazzjoni - Kriterji - Effett ta’ prattika antikompetittiva - Kriterju mhux determinanti (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1 A) (ara l-punti 43, 44)
4. Appell - Kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Eżami mill-ġdid, għal raġunijiet ta’ ekwità, tal-evalwazzjoni magħmula mill-Qorti tal-Prim’Istanza fuq l-ammont ta’ multa imposta fuq impriża - Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15) (ara l-punt 72)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla), tat-8 ta’ Ottubru 2008, Carbone-Lorraine vs Il-Kummissjoni (T-73/04), li biha l-Qorti tal-Prim’Istanza ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/420/KE, tat-3 ta’ Diċembru 2003, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE dwar akkordju fis-suq ta’ prodotti abbażi tal-karbonju u tal-grafita għall-applikazzjonijiet elettriċi u mekkaniċi jew, sussidjarjament, għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti - Ksur tal-prinċipju tan-natura individwali tal-pieni - Metodu ta’ kalkolu tal-ammont tal-multa imposta - Kooperazzjoni mill-qrib u kostanti matul il-proċedura amministrattiva - Prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ trattament ugwali.
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Carbone-Lorraine SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy