Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2009 – Il‑Kummissjoni vs L-Isvezja
(Kawża C‑555/08)
“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 2005/56/KE – Mergers transkonfinali ta’ kumpanniji b’kapital azzjonarju – Nuqqas ta’ traspożizzjoni fit-terminu previst”
Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Eżami tal-mertu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni - Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 226 KE) (ara l-punt 10)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas li jadotta, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/56/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar mergers transkonfinali ta’ kumpanniji ta’ responsabbiltà limitata (ĠU L 310, p. 1) – Impriżi finanzjarji li jeħtieġu l-awtorizzazzjoni ta’ organu pubbliku, b’mod partikolari l-banek u l-kumpanniji tal-assigurazzjoni.
Dispożittiv
1)
Billi ma adottax, fit-terminu previst, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2005/56/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar mergers transkonfinali ta’ kumpanniji ta’ responsabbiltà limitata, għal dak li jikkonċerna l-istabbilimenti finanzjarji li jeħtieġu awtorizzazzjoni minn awtorità pubblika, b’mod partikolari ċerti banek u kumpanniji tal-assigurazzjoni, ir-Renju tal-Isvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
2)
Ir-Renju tal-Isvezja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
Full & Egal Universal Law Academy