29.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 79/15
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mit-Tribunal du travail de Nivelles (il-Belġju) fit-8 ta' Jannar 2008 — Ketty Leyman vs Institut national d'assurance maladie-invalidité (I.N.A.M.I.)
(Kawża C-3/08)
(2008/C 79/27)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal du travail de Nivelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ketty Leyman
Konvenuta: Institut national d'assurance maladie-invalidité (I.N.A.M.I.)
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 40(3)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (1) u l-Artikolu 93 tal-liġijiet ikkoordinati ta' l-14 ta' Lulju 1994 dwar l-assigurazzjoni tas-saħħa u benefiċċji jmorru kontra l-Artikolu 18 tat-Trattat KE safejn, fil-każ ta' ħaddiem li jirrisjedi u jaħdem f'pajjiż tat-tip A (fil-każ preżenti, il-Belġju) u li sejjer jistabbilixxi ruħu f'pajjiż tat-tip B (f'dan il-każ, il-Gran-Dukat tal-Lussemburgu), ma jippermettux, matul l-ewwel sena ta' inkapaċità għax-xogħol, li jingħata kumpens li jieħu in kunsiderazzjoni l-perijodu ta' xogħol u ta' kontribuzzjoni fil-pajjiż tat-tip A (il-Belġju)?
2)
L-Artikolu 40(3)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 u l-Artikolu 93 tal-liġijiet ikkoordinati ta' l-14 ta' Lulju 1994 dwar l-assigurazzjoni tas-saħħa u benefiċċji jmorru kontra l-Artikolu 18 tat-Trattat KE safejn, fil-każ ta' ħaddiem li jirrisjedi u jaħdem f'pajjiż tat-tip A (fil-każ preżenti, il-Belġju) u li sejjer jistabbilixxi ruħu f'pajjiż tat-tip B (f'dan il-każ, il-Gran-Dukat tal-Lussemburgu), joħolqu diskriminazzjoni kontra l-ħaddiem li jeżerċità d-dritt tiegħu ta' moviment liberu billi ma jippermetux, matul l-ewwel sena ta' inkapaċità għax-xogħol, l-għoti ta' kumpens li jieħu in kunsiderazzjoni l-perijodu ta' xogħol u ta' kontribuzzjoni fil-pajjiż tat-tip A (il-Belġju)?
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta' skemi ta' sigurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għal membri tal-familja tagħhom li jiċċaqalqu ġewwa l-Komunità (ĠU L 149, p. 2), kif emendat.
Full & Egal Universal Law Academy