12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/11
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mil-College van Beroep voor het bedrijfsleven (l-Olanda) fid-9 ta' Jannar 2008 — 1. T-Mobile Netherlands, 2. KPN Mobile N.V., 3. Raad van bestuur van de Nederlandse Mededingingsautoriteit, 4. Orange Nederland N.V.; parti intervenjenti: Vodafone Libertel B.V.
(Kawża C-8/08)
(2008/C 92/19)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
College van Beroep voor het bedrijfsleven.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti:
1.
T-Mobile Netherlands
2.
KPN Mobile N.V.
3.
Raad van bestuur van de Nederlandse Mededingingsautoriteit
4.
Orange Nederland N.V.
Intervenjenti: Vodafone Libertel B.V.
Domandi preliminari
1)
Fuq liema kriterji għadha ssir l-applikazzjoni ta' l-Artikolu 81(1) KE, sabiex tiġi evalwata jekk prattika miftehma ikollhiex l-għan li tipprevjeni, tirrestrinġi jew tkun ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq komuni?
2)
L-Artikolu 81 KE għandu jiġi interpretat fis-sens illi, fl-applikazzjoni ta' l-imsemmi Artikolu mill-qorti nazzjonali, il-prova ta' rabta ta' kawżalità bejn il-prattika miftehma u aġir fis-suq għandha ssir u tiġi evalwata skond normi tal-liġi nazzjonali, dejjem jekk dawn l-istess regoli ma jkunux anqas favorevoli minn dawk applikabbli għal proċeduri simili ta' natura interna u li dawn ma jagħmluhiex prattikament impossibbli jew eċċessivament diffiċli li jiġu eżerċitati drittijiet mogħija mis-sistema legali Komunitarja?
3)
Fl-applikazzjoni ta' prattika miftehma kif hemm fl-Artikolu 81 KE, il-preżunzjoni ta' rabta ta' kawżalità bejn il-“prattika miftehma” u l-aġir fis-suq japplika dejjem, anki meta l-prattika miftehma tkun ta' darba biss, u l-impriża li tkun ħadet sehem tibqa' attiva fis-suq, jew din il-preżunzjoni tapplika biss meta l-prattika miftehma isseħħ b'mod regolari u għal tul ta' żmien?
Full & Egal Universal Law Academy