12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/12
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundesgerichtshofs (il-Ġermanja) fl-14 ta' Jannar 2008 — partijiet fil-kawża prinċipali: Erich Stamm, Anneliese Hauser u Regierungspräsidium Freiburg
(Kawża C-13/08)
(2008/C 92/20)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof (il-Ġermanja).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Erich Stamm, Anneliese Hauser u Regierungspräsidium Freiburg.
Domandi preliminari
L-Artikolu 15(1) ta' l-Anness I tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra (1), dwar il-moviment liberu tal-persuni (ĠU L 114, p. 6), jimponi, f'dak li jirrigwarda l-aċċess għal attività bħala persuna li taħdem għal rasha u għat-twettiq tagħha, li jingħata, fil-pajjiż ospitanti, trattament mhux anqas favorevoli minn dak li jingħata liċ-ċittadini tiegħu stess fil-każ biss ta' persuni li jaħdmu għal rashom fis-sens ta' l-Artikolu 12(1) ta' l-Anness I tal-Ftehim, jew dan huwa validu wkoll għall-ħaddiema tal-fruntiera li jaħdmu għal rashom fis-sens ta' l-Artikolu 13(1) ta' l-Anness I tal-Ftehim?
(1) ĠU L 114, p. 6.
Full & Egal Universal Law Academy