12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/12
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 5 de San Javier (Spanja) fl-14 ta' Jannar 2008 — Roda Golf & Beach Resort, S.L.
(Kawża C-14/08)
(2008/C 92/21)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 5 de San Javier
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Roda Golf & Beach Resort, S.L.
Domandi preliminari
1)
Is-servizz ta' atti esklużivament extra-ġudizzjarji jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 (1) meta dan isir bejn persuni privati permezz tar-riżorsi materjali u tal-persunal tal-qrati ta' l-Unjoni Ewoprea u tal-leġiżlazzjoni Ewropea mingħajr ma jkunu nbdew proċeduri ġudizzjarji? Jew, għall-kuntrarju,
2)
Il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament Nru 1348/2000 ikopri esklużivament il-kooperazzjoni ġudizzjarja bejn Stati Membri fil-kuntest ta' proċeduri ġudizzjarji pendenti (Artikoli 61(ċ) KE, 67(1) KE u 65 KE u s-sitt premessa tar-Regolament Nru 1348/2000)?
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000, tad-29 ta' Mejju 2000, dwar is-servizz fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali.
Full & Egal Universal Law Academy