12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/13
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Administratīvā apgabaltiesa (Ir-Repubblika tal-Latvja) fil-15 ta' Jannar 2008 — Schenker SIA vs Valsts ieņēmumu dienests
(Kawża C-16/08)
(2008/C 92/22)
Lingwa tal-kawża: Il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Administratīvā apgabaltiesa.
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Schenker SIA
Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests
Domanda preliminari
L-intestatura 85282190 tan-nomenklatura magħquda għandha tiġi interpretata fis-sens li fid-data tad-29 ta' Diċembru 2004, l-imsemmija intestatura kienet tapplika wkoll għal tagħmir li jaħdem bi kristalli likwidi (LCD) b'matriċi attiva (TFT LCD — LTA320W2-L01, LTA260W1-L02, LTM170W1-L01), li huwa kompost prinċipalment minn l-elementi li ġejjin:
1)
żewġ folji tal-ħġieġ;
2)
strat ta' kristalli likwidi mdaħħla bejn il-folji;
3)
signal drivers vertikali u orizzontali;
4)
unità ta' dawl minn wara l-iskrin;
5)
power supply li jiġġenera vultaġġ għoli għall-unità ta' dawl minn wara l-iskrin;
6)
ċentru ta' kontroll — interface ta' trażmissjoni ta' data (PCB jew PWB tal-kontroll) li tassigura t-trażmissjoni sekwenzjali tad-data lil kull pixel (punt) tal-modulu LCD, permezz ta' teknoloġija speċifika — LVDS (sinjal differenzjali b'vultaġġ baxx).
Full & Egal Universal Law Academy