29.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 79/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal d'instance de Bordeaux (Franza) fil-21 ta' Jannar 2008 — Foselev Sud-Ouest SARL vs Administration des douanes et des droits indirects
(Kawża C-18/08)
(2008/C 79/32)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal d'instance de Bordeaux
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Foselev Sud-Ouest SARL
Konvenut: Administration des douanes et des droits indirects
Domanda preliminari
L-Artikolu 6(2)(b) tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta' Ġunju 1999, dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (1) jipprovdi għall-possibbiltà li Stat Membru jeżenta ċerti kategoriji ta' vetturi. F'dan il-kuntest, l-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni lil Franza, permezz tad-deċiżjoni ta' l-20 ta' Ġunju 2005 (2), sabiex teżenta ċerti kategoriji ta' vetturi hija applikabbli direttament għall-individwi, jew peress li hija deċiżjoni ta' awtorizzazzjoni indirizzata lil Franza, teħtieġ miżura ta' traspożizzjoni nazzjonali?
(1) ĠU L 187, p. 42.
(2) Deċiżjoni tal-Kummissjoni, ta' l-20 ta' Ġunju 2005, dwar talba għal eżenzjoni tat-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur magħmula minn Franza skond l-Artikolu 6(2)(b) tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi (ĠU L 158, p. 23).
Full & Egal Universal Law Academy