8.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 64/30
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammarrätten i Stockholm (l-Iżvezja) fil-21 ta' Jannar 2008 — Migrationsverket vs Edgar Petrosian, Nelli Petrosian, Svetlana Petrosian, David Petrosian u Maxime Petrosian
(Kawża C-19/08)
(2008/C 64/43)
Lingwa tal-kawża: l-Iżvediż
Qorti tar-rinviju
Kammarrätten i Stockholm
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Migrationsverket
Konvenuti: Edgar Petrosian, Nelli Petrosian, Svetlana Petrosian, David Petrosian, Maxime Petrosian.
Domanda preliminari
L-Artikolu 20(1)(d) u l-Artikolu 20(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 (Ir-Regolament ta' Dublin) (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li r-responsabbiltà għall-eżami ta' applikazzjoni għall-ażil tgħaddi għal fuq l-Istat Membru fejn tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni jekk it-trasferiment ma jsirx fi żmien sitt xhur wara li tkun ittieħdet deċiżjoni temporanja sabiex jiġi sospiż it-trasferiment u irrispettivament minn meta tittieħed id-deċiżjoni finali dwar jekk it-trasferiment għandux isir?
(1) ĠU L 50, 25.2.2003, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy