26.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 107/10
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mis-Sozialgericht Nürnberg (il-Ġermanja) fit-22 ta' Jannar 2008 — Athanasios Vatsouras vs Arbeitsgemeinschaft (ARGE) Nürnberg 900
(Kawża C-22/08)
(2008/C 107/15)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Sozialgericht Nürnberg (il-Ġermanja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Athanasios Vatsouras.
Konvenuta: Arbeitsgemeinschaft (ARGE) Nürnberg 900
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 24(2) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38, tad-29 ta' April 2004 (1), hija konformi ma' l-Artikolu 12 KE moqri flimkien ma' l-Artikolu 39 KE?
2)
Fl-ipoteżi fejn l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv, l-Artikolu 12 KE moqri flimkien ma' l-Artikolu 39 KE jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi ċ-ċittadini ta' l-Unjoni mill-benefiċċju ta' għajnuna soċjali fil-każ li jinqabeż it-tul massimu ta' residenza previst fl-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38/CE, tad-29 ta' April 2004, u fin-nuqqas ta' kull dritt ta' residenza skond dispożizzjonijiet oħra?
3)
Fl-ipoteżi fejn l-ewwel domanda tingħata risposta fil-pożittiv, l-Artikolu 12 KE jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi ċ-ċittadini ta' Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea wkoll mill-benefiċċju ta' għajnuna soċjali mogħtija lill-immigranti klandestini?
(1) ĠU L 158, p. 77.
Full & Egal Universal Law Academy