29.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 79/20
Rikors ippreżentat fit-22 ta' Jannar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża
(Kawża C-24/08)
(2008/C 79/34)
Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Alfonso u H. Kraemer, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża
Talbiet
—
tiddikjara li billi ma adottatx id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/48/KE (1) tad-29 ta' April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali, u, fuq kollox, billi ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fid-29 ta' April 2004.
(1) ĠU L 157, p. 45
Full & Egal Universal Law Academy