12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/13
Rikors ippreżentat fl-24 ta' Jannar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-26/08)
(2008/C 92/23)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (mandatarji at litem: K. Simonsson u H. Krämer, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
—
tiddikjara li billi r-Repubblika Federali tal-Ġermanja ma stabbilitx u ma żviluppatx pjan għall-akkoljenza u t-tqandil ta' l-iskart għall-portijiet kollha fit-territorju tagħha, hija naqset mill-obbligi tagħha skond id-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta' Novembru 2000, dwar il-faċilitajiet ta' l-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija (1);
—
tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fit-28 ta' Diċembru 2002.
(1) ĠU L 332, p. 81.
Full & Egal Universal Law Academy