12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/13
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula minn Bundesverwaltungsgericht fil-25 ta' Jannar 2008 — Bios Naturprodukte GmbH vs Saarland
(Kawża C-27/08)
(2008/C 92/24)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesverwaltungsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bios Naturprodukte GmbH
Konvenut: Saarland
Domandi preliminari
Il-kunċett ta' prodott mediċinali kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2001/83/KE (1) kif emendata mid-Direttiva 2004/27/KE (2) għandu jiġi interpretat fis-sens li prodott intiż għall-alimentazzjoni tal-bniedem u deskritt bħala suppliment ta' l-ikel huwa prodott mediċinali minħabba l-funzjoni tiegħu meta jkun jikkontjeni sustanzi li jikkostitwixxu riskju għas-saħħa meta jiġu użati skond l-indikazzjonijiet li jidhru fuq l-imballaġġ, filwaqt li jkunu nieqsa mill-effett terapewtiku, b'rigward tad-doża żgħira li jikkontjeni dan il-prodott iżda li għandhom effett terapewtiku meta jiġu użati f'dożi ikbar?
(1) ĠU L 311, p. 67.
(2) ĠU L 136, p. 34.
Full & Egal Universal Law Academy