29.3.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 79/23
Rikors ippreżentat fil-25 ta' Jannar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-31/08)
(2008/C 79/39)
Lingwa tal-kawża: It-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: C. Zadra, aġent)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana
Talbiet
—
tikkonstata li bin-nuqqas tagħha li tadotta d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amminstrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni Nru 2006/51/KE (1) tas-6 ta' Ġunju 2006 li temenda għall-għanijiet ta' l-adattament għall-progress tekniku l-Anness I tad-Direttiva 2005/55/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Annessi IV u V tad-Direttiva 2005/78/KE (3) fir-rigward tar-rekwiżiti għas-sistema ta' monitoraġġ tal-kontroll ta' l-emissjonijiet għall-użu fil-vetturi u l-eżenzjonijet għall-magni li jaħdmu bil-gass jew, fi kwalunkwe każ, billi ma nnotifikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Taljana naqset mill-obbligi imposti mill-Artikolu 3 ta' din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2006/51/KE skada fit-8 ta' Novembru 2006.
(1) ĠU L 152, p. 11.
(2) ĠU L 275, p. 1.
(3) ĠU L 313, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy