12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/14
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija), fit-28 ta' Jannar 2008 — Agrana Zucker GmbH vs Bundesministerium für Land- und Forstwirtschaft, Unwelt und Wasserwirtschaft
(Kawża C-33/08)
(2008/C 92/26)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Agrana Zucker GmbH
Konvenuta: Bundesministerium für Land- und Forstwirtschaft, Unwelt und Wasserwirtschaft
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006, ta' l-20 ta' Frar 2006 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li kwota taz-zokkor li ma tistax tintuża' minħabba f'irtirar preventiv skond l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 493/2006, tas-27 ta' Marzu 2006 (2), għandha tiġi inkluża fl-istima ta' l-ammont temporanju għar-ristrutturar?
2)
Fil-każ ta' risposta fl-affermativ għall-ewwel domanda:
L-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006 huwa kompatibbli mad-dritt primarju, b'mod partikolari mal-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni u mal-prinċipju tal-protezzjoni ta' l-aspettativi leġittimi li jirriżultaw mill-Artikolu 34 KE?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 320/2006, ta' l-20 ta' Frar 2006, li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar ta' l-industrija taz-zokkor fil-Komunità u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (ĠU L 58, p. 42).
(2) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 493/2006, tas-27 ta' Marzu 2006, dwar miżuri tranżitorji bħala parti mir-riforma ta' l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1265/2001 u (KE) Nru 314/2002 (ĠU L 89, p. 11).
Full & Egal Universal Law Academy