12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/17
Rikors ippreżentat fil-5 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ċeka
(Kawża C-41/08)
(2008/C 92/32)
Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. van Beek u P. Ondrůšek, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara li, peress li ma addottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi (kollha) neċċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill ta' l-24 ta' Lulju 1986 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali għal irġiel u nisa fi skemi tax-xogħol ta' sigurtà soċjali (1), jew, fi kwalunkwe każ, peress li naqset li tikkomunikahom lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikolu 12 ta' l-imsemmija direttiva u ta' l-Artikolu 54 ta' l-Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet ta' adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea;
—
tiddikjara li, peress li ma addottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi (kollha) neċċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 96/97/KE ta' l-20 ta' Diċembru 1996 li temenda d-Direttiva 86/378/KEE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa fi skemi tax-xogħol tas-sigurtà soċjali (2), jew, fi kwalunkwe każ, peress li naqset li tikkomunikahom lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skond l-Artikolu 3 ta' l-imsemmija direttiva u ta' l-Artikolu 54 ta' l-Att li jirrigwarda l-kundizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka u l-aġġustamenti għat-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea;
—
tikkundanna lir-Repubblika Ċeka għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva fis-sistema legali nazzjonali skada fit-30 ta' April 2004.
(1) ĠU L 255, p. 40.
(2) ĠU L 46, 17.2.1997, p. 20.
Full & Egal Universal Law Academy