12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/18
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Hoge Raad de Nederlanden (l-Olanda) fis-7 ta' Frar 2008 — M. Ilhan vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-42/08)
(2008/C 92/33)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad de Nederlanden (l-Olanda).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: M. Ilhan.
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën.
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE dwar il-libertà li jiġu provduti servizzi (Artikoli 49 sa 55 KE) jew il-prinċipju ta' proporzjonalità jipprojbixxu li Stat Membru japplika leġiżlazzjoni li tistipula li persuna residenti jew li hija stabbilita hemmhekk, li jkollha għad-dispożizzjoni tagħha vettura — irreġistrata fi Stat Membru ieħor u mikrija għal perijodu ta' tliet snin minn kumpannija stabbilita f'dan it-tieni Stat Membru — li hija tuża prinċipalment fl-ewwel Stat Membru għal raġunijiet privati u professjonali, hija obbligata tħallas taxxa fil-mument meta hija tibda tuża din il-vettura fl-ewwel Stat Membru, mingħajr ma jittieħed in kunsiderazzjoni t-tul ta' l-użu effettiv fil-futur f'dan l-Isat Membru?
Full & Egal Universal Law Academy