26.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 107/12
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundespatentgerichts (il-Ġermanja) fit-8 ta' Frar 2008 — Kawża dwar id-dritt tat-trade marks — Partijiet: ZVS Zeitungsvertrieb Stuttgart GmbH u l-president tad-Deutschen Patent- u. Markenamts
(Kawża C-43/08)
(2008/C 107/19)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundespatentgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ZVS Zeitungsvertrieb Stuttgart GmbH u l-president tad-Deutschen Patent- u. Markenamts
Domandi preliminari
1.
L-Artikolu 3 tad-Direttiva 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 jirrikjedi, sabiex jiġu assigurati opportunitajiet indaqs fuq il-livell tal-kompetizzjoni, trattament bl-istess mod (1) fost il-kompetituri meta huma jirreġistraw trade marks?
2.
Fil-każ ta' risposta fl-affermativ, il-qorti għandha teżamina indikazzjonijiet konkreti ta' nuqqas ta' trattament ugwali li jwasslu għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u tieħu in kunsiderazzjoni fl-analiżi tagħha d-deċiżjonijiet preċedenti li l-awtorità kompetenti ħadet f'każijiet simili?
3.
Fil-każ ta' risposta fl-affermativ, il-qorti għandha, meta hija tikkonstata tali diskriminazzjoni, tirrispetta l-projbizzjoni ta' kull diskriminazzjoni li twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni meta tinterpreta u tapplika l-Artikolu 3 tad-Direttiva 89/104/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988?
4.
Fil-każ ta' risposta fin-negattiv għad-domandi 1, 2 u 3, il-leġiżlazzjoni nazzjonali għandha, sabiex tevita kull distorsjoni tal-kompetizzjoni, tobbliga lill-awtorità nazzjonali tiftaħ ex officio proċedura ta' annullament kontra trade marks preċedenti rreġistrati b'mod żbaljat?
(1) ĠU L 40, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy