24.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 128/17
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mix-Schleswig-Holsteinischen Verwaltungsgerichts (il-Ġermanja) fit-8 ta' Frar 2008 — Carmen Media Group Ltd vs Land Schleswig-Holstein u Ministru ta' l-Intern tal-Land Schleswig-Holstein
(Kawża C-46/08)
(2008/C 128/29)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Schleswig-Holsteinischen Verwaltungsgerichts
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Carmen Media Group.
Konvenuti: Land Schleswig-Holstein u Ministru ta' l-Intern tal-Land Schleswig-Holstein
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 49 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-invokazzjoni tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tirrikjedi li fornitur ta' servizz ikun jista', skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Istat Membru li fih huwa stabbilit, jipprovdi s-servizz hemmhekk ukoll — fil-każ preżenti, restrizzjoni tal-liċenzja ta' logħob ta' l-ażżard ta' Ġibiltà għal “offshore bookmaking”?
2)
L-Artikolu 49 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li monopolju nazzjonali ta' l-Istat fuq l-organizzazzjoni ta' imħatri dwar l-isports u l-lotteriji (b'potenzjal li jsir vizzju li mhuwiex baxx), iġġustifikat prinċipalment għal raġunijiet tal-ġlieda kontra r-riskju tal-vizzju tal-logħob ta' l-ażżard, filwaqt li logħob ieħor ta' l-ażżard, b'riskju potenzjali konsiderevoli ta' vizzju, jista' jiġi pprovdut f'dak l-Istat Membru minn fornituri ta' servizz privat, u d-diversi regoli legali għall-imħatri dwar l-isports u l-lotteriji, minn naħa, u l-logħob ta' l-ażżard min-naħa l-oħra, huma bbażati fuq is-setgħat leġiżlattivi differenti tal-Bund u tal-Länder?
Jekk ir-risposta għad-domanda (2) hija fl-affermattiv:
3)
L-Artikolu 49 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regoli nazzjonali li jissuġġettaw l-għoti ta' liċenzja għall-organizzazzjoni u għall-intermedjazzjoni tal-logħob ta' l-ażżard għad-diskrezzjoni ta' l-awtorità ta' liċenzjar kompetenti, anki meta l-kundizzjonijiet għall-għoti ta' liċenzja kif stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ma ġewx soddisfatti?
4)
L-Artikolu 49 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi regoli nazzjonali li jipprojbixxu l-organizzazzjoni u l-intermedjazzjoni ta' logħob ta' l-ażżard pubbliku fuq l-Internet, b'mod partikolari meta, fl-istess żmien, għalkemm għal perijodu ta' tranżizzjoni ta' sena, l-organizzazzjoni u l-intermedjazzjoni fuq l-Internet huma permessi, suġġett għal-leġiżlazzjoni li tħares il-minuri u dawk li jilgħabu, għall-għanijiet tal-prinċipju ta' proprozjonalità u sabiex żewġ intermedjarji kummerċjali tal-logħob ta' l-ażżard li qabel kienu joperaw esklużivament fuq l-Internet ikunu jistgħu jaqilbu għal dawk il-mezzi ta' distribuzzjoni permessi mill-Istaatsvertrag?
Full & Egal Universal Law Academy