12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/18
Rikors ippreżentat fil-11 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs L-Irlanda
(Kawża C-48/08)
(2008/C 92/34)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: N. Yerrell, aġent)
Konvenuta: L-Irlanda
Talbiet
—
tiddikjara li, billi naqset li tadotta l-miżuri leġiżlattivi, regolamentari u amminstrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2003/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta' Lulju 2003, dwar il-kwalifika inizjali u taħriġ perjodiku ta' sewwieqa ta' ċerti vetturi tat-triq għat-trasport ta' prodotti jew passiġġieri, li temenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 u d-Direttiva tal-Kunsill 91/439/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 76/914/KEE (1), jew, fi kwalunkwe każ, billi naqset milli tinforma lill-Kummissjoni b'dan, l-Irlanda naqset mill-obbligi imposti fuqha mid-Direttiva;
—
tikkundanna lill-Irlanda għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fl-10 ta' Settemrbu 2006.
(1) ĠU L 226, p. 4.
Full & Egal Universal Law Academy