12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/20
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Cour de cassation (Franza) fil-15 ta' Frar 2008 — Copad SA vs 1. Christian Dior couture SA, 2. Vincent Gladel, fil-kwalità tiegħu ta' amministratur ġudizzjarju tas-Société industrielle de lingerie (SIL), 3. Société industrielle de lingerie (SIL)
(Kawża C-59/08)
(2008/C 92/37)
Lingwa tal-kawża: Il-Franciż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation (Franza)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Copad SA.
Konvenuti: 1. Christian Dior couture SA, 2. M. Vincent Gladel, fil-kwalità tiegħu ta' amministratur ġudizzjarju tas-Société industrielle de lingerie (SIL), 3. Société industrielle de lingerie (SIL).
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 8(2) ta' l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, biex jiġu approssimati l-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-trade marks (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju tat-trade mark jista' jinvoka d-drittijiet ikkonferiti lilu permezz ta' din it-trade mark fil-konfront tad-detentur ta' liċenzja li jikser kawżola tal-kuntratt ta' liċenzja li tipprojbixxi, minħabba raġunijiet ta' prestiġju tat-trade mark, il-bejgħ lil persuni li jbiegħu bi prezz inqas?
2)
L-Artikolu 7(1) ta' din id-Direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tqegħid fil-kummerċ fiż-żona ekonomika Ewropea tal-prodotti taħt trade mark, mid-detentur tal-liċenzja, bi ksur ta' klawżola tal-kuntratt tal-liċenzja li jipprojbixxi, minħabba raġunijiet ta' prestiġju tat-trade mark, il-bejgħ lil persuni li jbiegħu bi prezz inqas, jitwettaq mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju tat-trade mark?
3)
Fil-każ ta' risposta negattiva, il-proprjetarju jista' jinvoka tali klawżola sabiex jopponi kummerċjalizzazzjoni mill-ġdid tal-prodotti, billi jibbaża ruħu fuq l-Artikolu 7(2) ta' l-istess test?
(1) ĠU L 40, 1989, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy