26.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 107/18
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula minn Hof van Cassatie van Belgie (il-Belgju) fit-18 ta' Frar 2008 — UDV North America Inc vs Brandtraders NV
(Kawża C-62/08)
(2008/C 107/26)
Lingwa tal-kawża: L-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van Cassatie van Belgie
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: UDV North America Inc
Konvenuta: Brandtraders NV
Domandi preliminari
1)
L-użu ta' sinjal skond l-Artikolu 9(1)(a) u (2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (1), jeħtieġ li t-terza persuna, li jirreferi għaliha l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament:
a)
tuża s-sinjal għaliha nnifisha;
b)
tuża s-sinjal bħala parti kkonċernata f'bejgħ ta' prodotti li fih hija stess hija involuta?
2)
Intermedjarju fil-kummerċ, li jopera f'ismu stess, iżda mhux għalih innifsu, jista' ikun ikklassifikat bħala terza persuna li tuża s-sinjal skond id-dispożizzjonijiet iċċitati iktar 'il fuq?
(1) ĠU L 11, 1994, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy