26.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 107/18
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Oberlandesgerichts Stuttgart (il-Ġermanja) fit-18 ta' Frar 2008 — Proċeduri dwar l-eżekuzzjoni ta' mandat ta' arrest Ewropew kontra Szymon Kozlowski
(Kawża C-66/08)
(2008/C 107/28)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Stuttgart
Parti fil-kawża prinċipali
Szymon Kozlowski
Domandi preliminari
1.
Persuna tista' tiġi kkunsidrata bħala li qed “toqgħod” jew “residenti” fi Stat Membru fis-sens ta' l-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni kwadru tal-Kunsill 2002/584/JHA, tat-13 ta' Ġunju 2002, fuq il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta' ċediment bejn l-Istati Membri (1), meta l-persuna rilevanti:
a)
ma qagħditx fl-Istat Membru in kwistjoni b'mod mhux interrott,
b)
toqgħod f'dan l-Istat Membru mingħajr ma tosserva l-liġi dwar id-dħul u r-residenza għall-barranin,
ċ)
twettaq hemmhekk reati b'mod professjonali u/jew
d)
qiegħda f'kustodja hemmhekk wara kundanna fi proċeduri kriminali?
2.
Traspożizzjoni ta' l-Artikolu 4(6) tad-Deċiżjoni kwadru, magħmula b'tali mod li l-estradizzjoni minn Stat Membru taċ-ċittadini tiegħu kontra r-rieda tagħhom, għall-eżekuzzjoni ta' sentenza hija dejjem mhix permissibbli, filwaqt li tista' tiġi awtorizzata, minkejja li kontra r-rieda tagħhom, l-estradizzjoni ta' ċittadini ta' Stati Membri oħra fid-diskrezzjoni ta' l-awtoritajiet kompetenti, hija kompatibbli mad-dritt ta' l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari mal-prinċipji ta' non-diskriminazzjoni u ta' ċittadinanza ta' l-Unjoni taħt l-Artikolu 6(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea flimkien ma' l-Artikoli 12 u 17 et seq tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (KE) u, jekk dan huwa l-każ, dawn il-prinċipji għandhom jiġu osservati almenu fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali?
(1) ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy