12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/21
Rikors ippreżentat fid-19 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' l-Estonja
(Kawża C-68/08)
(2008/C 92/40)
Lingwa tal-kawża: L-Estonjan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: E. Randvere u K. Simonsson)
Konvenuta: Ir-Repubblika ta' l-Estonja
Talbiet
—
tiddikjara li r-Repubblika ta' l-Estonja ma kkonformatx ruħha mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta' Novembru 2000, dwar il-faċilitajiet ta' l-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart iġġenerat mill-bastimenti u għall-fdalijiet mill-merkanzija (1);
—
tikkundanna lir-Repubblika ta' l-Estonja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 200/59/KE fid-dritt nazzjonali skada fit-28 ta' Diċembru 2002.
(1) ĠU L 332, p. 81.
Full & Egal Universal Law Academy