9.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 116/9
Rikors ippreżentat fl-20 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-70/08)
(2008/C 116/16)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: MM. G. Rozet u J. Enegren, aġenti)
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
Talbiet
—
tiddikjara li, billi m'addottax id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/72/KE, tat-22 ta' Lulju 2003, li tissupplimenta l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea fir-rigward tal-involviment ta' l-impjegati (1), u billi ma assigurax li l-isħab soċjali jimplementaw id-dispożizzjonijiet neċessarji permezz ta' ftehim, jew, f'kull każ, billi ma nnotifikax lill-Kummissjoni bl-imsemmija dispożizzjonijiet, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 16(1) ta' din id-direttiva;
—
tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2003/72/KE skada fit-18 ta' Awwissu 2006.
(1) ĠU L 207, p. 25.
Full & Egal Universal Law Academy