12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/22
Rikors ippreżentat fl-20 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ċeka
(Kawża C-71/08)
(2008/C 92/41)
Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: P. Dejmek, aġent)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka
Talbiet
—
tiddikjara li, billi naqset milli tadotta l-miżuri leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta' April 2004, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (1), emendata l-aħħar bid-Direttiva 2006/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta' April 2006, li temenda d-Direttiva 2004/39/KE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, fir-rigward ta' ċerti limiti ta' żmien (2), jew, fi kwalunkwe każ, billi naqset milli tinforma lill-Kummissjoni b'dan, ir-Repubblika Ċeka naqset mill-obbligi imposti fuqha mill-Artikolu 70 ta' dik id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika Ċeka għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva fis-sistema legali domestika skada fil-31 ta' Jannar 2007.
(1) ĠU L 145, p. 1.
(2) ĠU L 114, p. 60.
Full & Egal Universal Law Academy