12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/22
Rikors ippreżentat fl-20 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-72/08)
(2008/C 92/42)
Lingwa tal-kawża: Il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: R. Vidal Puig u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja
Talbiet
—
tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2004/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta' April 2004, dwar is-sigurtà ta' ajruplani ta' pajjiżi terzi li jużaw ajruporti tal-Komunità (1) jew, fi kwalunkwe każ, billi ma informatx lill-Kummissjoni b'dan, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 11 ta' l-imsemmija Direttiva.
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu ta' żmien għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/36/KE skada fit-30 ta' April 2006.
(1) ĠU L 143, 30.4.2004, p. 76.
Full & Egal Universal Law Academy