9.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 116/10
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Cour constitutionnelle (preċedentement il-Cour d'arbitrage) (il-Belġju) fit-22 ta' Frar 2008 — Nicolas Bressol et, Céline Chaverot et vs Gouvernement de la Communauté française
(Kawża C-73/08)
(2008/C 116/17)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour constitutionnelle (preċedentement Cour d'arbitrage).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Nicolas Bressol et, Céline Chaverot et
Konvenut: Gouvernement de la Communauté française
Domandi preliminari
1)
L-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 12 u l-Artikolu 18(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, moqrija flimkien ma' l-Artikolu 149(1), mat-tieni inċiż ta' l-Artikolu 149(2) u mat-tielet inċiż ta' l-Artikolu 150(2) ta' l-imsemmi Trattat, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu kummissjoni awtonoma ta' Stat Membru li hija responsabbli mill-edukazzjoni terzjarja, li tiġi affaċċjata minn influss ta' studenti minn Stat Membru ġar f'diversi korsijiet ta' natura medika ffinanzjati prinċipalment minn fondi pubbliċi, bħala konsegwenza ta' politika restrittiva mħaddna minn dan l-Istat ġar, tadotta miżuri bħal dawk inklużi fid-Digriet tal-Komunità Franċiża tas-16 ta' Ġunju 2006, li jirregolaw in-numru ta' studenti f'ċerti korsijiet fl-ewwel sentejn ta' l-edukazzjoni terzjarja, fejn din il-Komunità tinvoka motivi validi sabiex issostni li hemm ir-riskju li din is-sitwazzjoni toħloq piż fuq il-fondi pubbliċi u thedded il-kwalità ta' edukazzjoni pprovduta?
2)
Ir-risposta għall-ewwel domanda tkun differenti jekk din il-Komunità turi li l-effett ta' din is-sitwazzjoni huwa li numru ta' gradwati universitarji li jirrisjedu f'din il-Komunità huwa żgħir wisq sabiex ikun hemm, fuq medda ta' żmien, numru suffiċjenti ta' persunal mediku kkwalifikat sabiex tiġi ggarantita l-kwalità tas-sistema tas-saħħa pubblika f'dik il-Komunità?
3)
Ir-risposta għall-ewwel domanda tkun differenti jekk dik il-Komunità, b'kunsiderazzjoni ta' l-aħħar parti ta' l-Artikolu 149(1) u ta' l-Artikolu 13(2)(c) tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, li jinkludi obbligu ta' standstill, tagħżel li żżomm aċċess wiesa' u demokratiku għall-edukazzjoni terzjarja għall-populazzjoni ta' din il-komunità?
Full & Egal Universal Law Academy