26.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 107/20
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Court of Appeal (Civil Division) (Ir-Renju Unit) fil-21 ta' Frar 2008 — The Queen fuq talba ta' Christopher Mellor vs Secretary of State for Communities and Local Government
(Kawża C-75/08)
(2008/C 107/31)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal (Civil Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Christopher Mellor
Konvenut: Secretary of State for Communities and Local Government
Domandi preliminari
1)
Skond l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE (1) kif emendata bid-Direttivi 97/11/KE (2) u 2003/35/KE (3) (“id-Direttiva”), Stati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku r-raġunijiet għal deċiżjoni li fir-rigward ta' proġett li jaqa' taħt l-Anness II mhemmx bżonn li dan il-proġett ikun suġġett għal stima skond l-Artikoli 5 sa 10 tad-direttiva?
2)
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, dan l-obbligu ġie sodisfatt bil-kontenut ta' l-ittra ta' l-4 ta' Diċembru 2006 tas-Secretary of State?
3)
Jekk ir-risposta għat-tieni domanda tkun fin-negattiv, x'inhi l-portata ta' l-obbligu li jingħataw raġunijiet f'dan il-kuntest?
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta' Ġunju 1985, dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, p. 40).
(2) ĠU L 73, p. 5.
(3) Id-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta' Mejju 2003, li tipprovdi għall-parteċipazzjoni pubblika rigward it-tfassil ta' ċerti pjani u programmi li għandhom x'jaqsmu ma' l-ambjent u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE u 96/61/KE rigward il-parteċipazzjoni pubblika u l-aċċess għall-ġustizzja (ĠU L 156, p. 17).
Full & Egal Universal Law Academy