24.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 128/20
Appell ippreżentat fil-25 ta' Frar 2008 minn Miguel Cabrera Sánchez kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Diċembru 2007, fil-Kawża T-242/06, Miguel Cabrera Sánchez vs UASI u Industrias Cárnicas Valle, S.A.
(Kawża C-81/08 P)
(2008/C 128/34)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Appellant: Miguel Cabrera Sánchez (rappreżentanti: J.A. Calderón Chavero u T. Villate Consonni, abogados)
Partijiet oħra fil-kawża: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) (UASI) u Industrias Cárnicas Valle, S.A.
Talbiet
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (It-Tielet Awla) tat-13 ta' Diċembru 2007 fil-Kawża T-242/06 għall-annullament tad-deċiżjoni in kwistjoni peress li skond l-appellant il-marki EL CHARCUTERO (appellant) u EL CHARCUTERO ARTESANO (appellata) huma b'mod ċar inkompatibbli;
—
tiddeċiedi dwar l-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellant isostni li, kuntrarjament għas-sentenza appellata, it-trade mark Komunitarja “El chacutero Artesano” taqa' taħt il-projbizzjoni fl-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 40/94 (1) peress li, fuq oppożizzjoni mill-proprjetarju ta' trade mark preċedenti, f'dan il-każ, it-trade mark Spanjola “El Charcutero”, it-trade mark li għaliha saret applikazzjoni m'għandhiex tiġi rreġistrata jekk, minħabba l-identiċità jew ix-xebh tagħha mat-trade mark preċedenti u l-identiċità jew ix-xebh ta' l-oġġetti jew is-servizzi koperti mit-trade marks, ikun hemm probabbiltà ta' konfużjoni min-naħa tal-pubbliku fit-territorju fejn it-trade mark preċedenti tkun protetta, f'dan il-każ fi Spanja. Il-probabbiltà ta' konfużjoni tinkludi l-probabbiltà li ssir assoċjazzjoni mat-trade mark preċedenti.
(1) Regolament tal-Kunsill ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 11, 1993, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy