12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/23
Rikors ippreżentat fil-25 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-82/08)
(2008/C 92/44)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: J. Enegren, aġent)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika
Talbiet
—
tiddikjara li, billi ma addotatx id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentari u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kunsill 2003/72/KE (1) tat-22 ta' Lulju 2003 li tissupplimenta l-Istatut għal Soċjetà Kooperattiva Ewropea fir-rigward tal-involviment ta' l-impjegati, u f'kull każ billi ma nnotifikatx lill-Kummissjoni bil-miżuri adottati, ir-Repubblika Hellenika naqset milli twettaq l-obbligi li hija għandha skond din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2003/72/KE fil-liġi nazzjonali skada fit-18 ta' Awwissu 2006.
(1) ĠU L 207, 18.8.2003, p. 25.
Full & Egal Universal Law Academy