24.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 128/21
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula minn Thüringer Finanzgerichts, Gotha (il-Ġermanja), fil-25 ta' Frar 2008 — Glückauf Brauerei GmbH vs Hauptzollamt Erfurt
(Kawża C-83/08)
(2008/C 128/35)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Thüringer Finanzgericht, Gotha
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Glückauf Brauerei GmbH
Konvenut: Hauptzollamt Erfurt
Domanda preliminari
Il-kriterji ta' indipendenza ġuridika u indipendenza ekonomika, fis-sens ta' l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE, tad-19 ta' Ottubru 1992, dwar l-armonizzazzjoni ta' l-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (1), għall-finijiet ta' l-applikazzjoni tar-rati mnaqqsa ta' dazju, għandhom jiġu interpretati, fid-dawl tal-premessi ta' din id-direttiva, fis-sens li hemm lok li titqies l-eżistenza ta' dipendenza ekonomika bejn birreriji, li għall-bqija huma ġuridikament independenti, biss meta l-birreriji kkonċernati ma jistgħux jintervjenu fis-suq bħala kompetituri indipendenti wieħed mill-ieħor, jew hija diġà biżżejjed il-possibbiltà li jeżerċitaw de facto influwenza fuq l-attivitajiet kummerċjali tal-birreriji sabiex il-kriterju ta' indipendenza ma jibqax sodisfatt?
(1) ĠU L 316, p. 21.
Full & Egal Universal Law Academy