12.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 92/23
Rikors ippreżentat fis-26 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ċeka
(Kawża C-87/08)
(2008/C 92/45)
Lingwa tal-kawża: Iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: P. Dejmek, aġent)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka
Talbiet
—
Tiddeċiedi li, billi ma' adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u l-miżuri amministrativi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE ta' l-10 ta' Awwissu 2006, li timplementa d-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/39/KE rigward ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijet ta' ħidma ta' l-impriżi ta' l-investiment u t-termini definiti għall-għanijiet ta' din id-direttiva (1), jew, f'kull każ, billi ma kkomunikathomx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi li hija għandha skond l-Artikolu 53(1) ta' din id-direttiva.
—
Tikkundanna lir-Repubblika Ċeka tbati l-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva fis-sistema ġuridika interna skada fil-31 ta' Jannar 2007.
(1) ĠU L 241, p. 26.
Full & Egal Universal Law Academy