24.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 128/21
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula minn Obersten Gerichtshof, (l-Awstrija) fis-27 ta' Frar 2008 — David Hütter vs Technische Universität Graz
(Kawża C-88/08)
(2008/C 128/36)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Obersten Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: David Hütter
Konvenuta: Technische Universität Graz
Domanda preliminari
L-Artikoli 1, 2 u 6 tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali [bħal dik li tirriżulta mill-Artikoli 3(3) u 26(1) tal-Vertragsbedienstetengesetz 1948 Awstrijaka (Liġi ta' l-1948 dwar impjegati kuntrattwali)] li teskludi, fost il-perijodi ta' impjieg li għandhom jittieħdu in kunsiderazzjoni fl-iffissar tad-data ta' referenza għall-finijiet ta' avvanz fil-grad, dawk li jkunu twettqu qabel ma l-persuna kkonċernata tkun għalqet it-18-il sena?
(1) ĠU L 303, p. 16.
Full & Egal Universal Law Academy