9.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 116/14
Rikors ippreżentat fid-29 ta' Frar 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
(Kawża C-95/08)
(2008/C 116/24)
Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: MM. G. Rozet u P. Oliver, aġenti)
Konvenut: Il-Gran Dukat tal-Lussemburgu
Talbiet
—
tikkonstata li, billi ma stabbilixxiex awtoritajiet responsabbli għall-kontroll ta' l-implementazzjoni tal-prinċipji ta' prassi tajba tal-laboratorju (GLP), il-Gran Dukat tal-Lussemburgu naqas milli jwettaq l-obbligi imposti fuqu bis-saħħa ta' l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2004/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta' Frar ta' l-2004 dwar l-applikazzjoni ta' prassi tajba ta' laboratorji (GPL) (1);
—
tikkundanna lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2004/9/KE skada fit-12 ta' Marzu 2004. Madankollu, il-konvenut għadu ma stabbilixxiex l-awtoritajiet neċessarji sabiex iwettqu l-ispezzjoni tal-laboratorji u l-verifika ta' l-istudji mwettqa minn dawn ta' l-aħħar sabiex tiġi evalwata l-konformità mal-prassi tajba ta' laboratorji.
(1) Direttiva 2004/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta' Frar ta' l-2004, dwar l-ispezzjoni u verifika ta' prassi tajba ta' laboratorji (GLP) (ĠU L 50, p. 28).
Full & Egal Universal Law Academy