24.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 128/22
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Juzgado de lo Mercantil no 7 de Madrid (Spanja) fl-4 ta' Marzu 2008 — Asociación de Gestión de Derechos Intelectuales (AGEDI) u Asociación de Artistas Intérpretes o Ejecutantes — Sociedad de Gestión de España (AIE) vs Sogecable, S.A. u Canal Satélite Digital S.L.
(Kawża C-98/08)
(2008/C 128/39)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Mercantil no 7 de Madrid
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Asociación de Gestión de Derechos Intelectuales (AGEDI) u Asociación de Artistas Intérpretes o Ejecutantes — Sociedad de Gestión de España (AIE).
Konvenuti: Sogecable, S.A. u Canal Satélite Digital S.L.
Domanda preliminari
Id-dritt Komunitarju, u b'mod iktar speċifiku, id-Direttiva tal-Kunsill 92/100/KEE (1), tad-19 ta' Novembru 1992, dwar dritt ta' kiri u dritt ta' self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta' l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, jawtorizzaw lill-Istati Membri jadottaw regola bħal dik stabbilita fl-Artikolu 109(1) tal-Liġi 22/1987, tal-11 ta' Novembru 1987, dwar il-proprjetà intellettwali, li tirrikonoxxi li l-produtturi ta' fonogrammi ppubblikati għal finijiet kummerċjali għandhom id-dritt esklużiv li jawtorizzaw il-komunikazzjoni ta' dawn il-fonogrammi u l-kopji tagħhom lill-pubbliku?
(1) ĠU L 346, p. 61.
Full & Egal Universal Law Academy