7.6.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 142/13
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Unabhängigen Verwaltungssenats tal-Landes tal-Vorarlberg (l-Awstrija) fis-6 ta' Marzu 2008 — Bezirkshauptmannschaft Bregenz vs Arthur Gottwald
(Kawża C-103/08)
(2008/C 142/20)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Unabhängiger Verwaltungssenat tal-Landes tal-vorarlberg (l-Awstrija).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bezirkshauptmannschaft Bregenz
Konvenut: Arthur Gottwald
Domanda preliminari
L-Artikolu 12 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-applikazzjoni ta' dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi, mingħajr ħlas, kull sena, liċenzja għat-taxxa tat-triq għal vettura sabiex tintuża fit-toroq nazzjonali li biex tgħaddi fuqhom hemm l-obbligu ta' ħlas ta' taxxa u li hija limitata għall-persuni li jbatu minn diżabbiltà speċifika u li huma domiċiljati jew li għandhom ir-residenza abitwali tagħhom fl-Istat in kwistjoni ?
Full & Egal Universal Law Academy