7.6.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 142/13
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula minn Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Oberösterreich (l-Awstrija) fis-6 ta' Marzu 2008 — Marc André Kurt vs Bürgermeister der Stadt Wels
(Kawża C-104/08)
(2008/C 142/21)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Oberösterreich
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Marc André Kurt
Konvenuta: Bürgermeister der Stadt Wels
Domandi preliminari
1)
Huwa kompatibbli mal-prinċipji fundamentali tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (1) u mal-libertajiet li jirriżultaw minnhom għal ċittadin ta' l-UE, li fid-dawl tat-taħriġ prattiku u teoriku u l-esperjenza professjonali rilevanti li kiseb matul snin twal u l-kwalifiki tiegħu, huwa intitolat, teoretikament u fil-prattika, biex jgħallem it-teorija tas-sewqan u l-prattika lil studenti tas-sewqan, u riċentement biex jgħallem ukoll lill-għalliema ta' skejjel tas-sewqan u biex jistabilixxi, jopera u jamministra skola tas-sewqan, jiġi mċaħħad mid-dritt li jamminstra skola tas-sewqan fi Stat Membru, jiġifieri fl-Istat ta' oriġini tiegħu, minħabba rekwiżit ta' diploma (“Diplomzwang”) li huwa stabbilit mil-liġi u li fil-prattika ma jistax jiġi evitat?
2)
Ir-rekwiżit ta' diploma li jirriżulta mill-paragrafu 109(1)(e) tal-KFG (Kraftfahrgesetz — liġi dwar is-sewqan ta' vetturi bil-mutur) 1967, huwa kompatibbli b'mod partikolari mal-valuri msemmija mill-Artikolu 16 u l-Artikolu 20 tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali (2), dwar id-dritt li tiġi eżerċitata liberament attività ekonomika, il-kompetizzjoni ħielsa u l-prinċipju ta' trattament ugwali taċ-ċittadini kollha?
3)
Id-dispożizzjoni ta' l-Artikolu 109(2) tal-KFG 1967, għandha tiġi interpretata fis-sens li taħriġ rilevanti ieħor flimkien ma' espejenza professjonali korrispondenti jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala “forma ekwivalenti oħra ta' edukazzjoni akademika”?
(1) ĠU C 321, 2006, p. 1.
(2) ĠU C 303, 2007, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy