26.4.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 107/21
Rikors ippreżentat fis-7 ta' Marzu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika ta' l-Awstrija
(Kawża C-107/08)
(2008/C 107/33)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: B. Schima u A. Alcover San Pedro, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika ta' l-Awstrija
Talbiet tar-rikorrenti
—
tikkonstata li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għat-traspożizzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/33/KE tas-6 ta' Lulju 2005 li temenda d-Direttiva 1999/32/KE dwar il-kontenut ta' kubrit f'karburanti għal użu marittimu (1) u billi ma informatx lill-Kummissjoni, ir-Repubblika ta' l-Awstrija naqset mill-obbligi imposti fuqha bis-saħħa ta' l-Artikolu 2 ta' l-imsemmija Direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika ta' l-Awstrija għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu ta' żmien għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fil-11 ta' Awwissu 2006.
(1) ĠU L 191, p. 59.
Full & Egal Universal Law Academy