9.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 116/15
Rikors ippreżentat fl-10 ta' Marzu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-109/08)
(2008/C 116/27)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: Maria Patakia)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara li billi ma adottatx il-miżuri neċessarji biex teżegwixxi s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-26 ta' Ottubru 2006, fil-kawża C-65/05, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 28 KE, 43 KE, 49 KE u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 98/34/KE (1);
—
tordna lir-Repubblika Ellenika tħallas lill-Kummissjoni penalità ta' EUR 31 798,80 għal kull ġurnata ta' dewmien fl-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-kawża C-65/05 mid-data meta tingħata s-sentenza f'din il-kawża, sad-data meta tiġi eżegwita s-sentenza fil-kawża C-65/05;
—
tordna lir-Repubblika Ellenika tħallas lill-Kummissjoni somma f'daqqa kuljum ta' EUR 9 636 mill-ġurnata ta' l-adozzjoni tas-sentenza fil-kawża C-65/05 sad-data meta tingħata s-sentenza f'din il-kawża jew sad-data ta' l-eżekuzzjoni tas-sentenza fil-kawża C-65/05, f'każ li dan jiġri qabel;
—
tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
1.
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat, fis-26 ta' Ottubru 2006, sentenza fil-kawża C-65/05 kontra r-Repubblika Ellenika, fejn ġie deċiż li:
Billi fl-Artikoli 2(1) u 3 tal-Liġi Nru 3037/2002 introduċiet il-projbizzjoni, taħt piena ta' sanzjonijiet penali jew amministrattivi previsti fl-Artikoli 4 u 5 ta' l-istess liġi, ta' l-installazzjoni u l-użu ta' kull logħba elettrika, elettromekkanika u elettronika, inklużi l-logħbiet kollha tal-kompjuter, fil-postijiet pubbliċi u privati kollha, bl-eċċezzjoni ta' każinos, ir-Repubblika Ellenika naqset mill-obbligi imposti fuqha skond l-Artikoli 28 KE, 43 KE u 49 KE kif ukoll skond l-Artikolu 8 tad-Direttiva 98/34/KE, kif emendata mid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/48/KE, ta' l-20 ta' Lulju 1998.
2.
Wara li stiednet lir-Repubblika Ellenika tinformaha bi kwalunkwe miżuri regolamentari adottati biex teżegwixxi l-imsemmija sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni bagħtet lir-Repubblika Ellenika, skond l-Artikolu 228 KE, ittra ta' intimazzjoni u opinjoni motivata. Ir-Repubblika Ellenika ma rrispondiet għal ebda waħda minnhom.
3.
Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonstatat li r-Repubblika Ellenika ma ħaditx il-miżuri neċessarji biex tikkonforma ruħha mas-sentenza msemmija iktar 'il fuq tal-Qorti tal-Ġustizzja u ddeċidiet li tippreżenta rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja kontra r-Repubblika Ellenika, skond l-Artikolu 228 KE.
4.
Fl-imsemmi rikors, il-Kummissjoni, minn naħa, titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tikkonstata li r-Repubblika Ellenika ma eżegwietx is-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-26 ta' Ottubru 2006 fil-kawża C-65/05 u li, konsegwentement, hija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 28 KE, 43 KE, 49 KE u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 98/34/KE; min-naħa l-oħra, tipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja li tordna lir-Repubblika Ellenika tħallas lill-Kummissjoni:
—
penalità ta' EUR 31 798,80 għal kull ġurnata ta' dewmien fl-eżekuzzjoni tas-sentenza mogħtija fil-kawża C-65/05 mid-data meta tingħata s-sentenza f'din il-kawża, sad-data meta tiġi eżegwita s-sentenza fil-kawża C-65/05;
—
somma f'daqqa kuljum ta' EUR 9 636 mill-ġurnata ta' l-adozzjoni tas-sentenza fil-kawża C-65/05 sad-data meta tingħata s-sentenza f'din il-kawża jew sad-data ta' l-eżekuzzjoni tas-sentenza fil-kawża C-65/05, f'każ li dan jiġri qabel.
(1) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta' Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta' informazzjoni fil-qasam ta' l-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà ta' l-Informatika (ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37).
Full & Egal Universal Law Academy