9.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 116/16
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Högsta domstolen (l-Iżvezja) fit-12 ta' Marżu 2008 — SCT Industri AB (fi stralċ) vs Alpenblume AB
(Kawża C-111/08)
(2008/C 116/28)
Lingwa tal-kawża: L-Iżvediż
Qorti tar-rinviju
Högsta domstolen (l-Iżvezja).
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SCT Industri AB (fi stralċ).
Konvenuta: Alpenblume AB.
Domanda preliminari
L-esklużjoni tal-fallimenti, tal-proċedimenti relatati ma' l-istralċ u proċedimenti simili oħra mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta' Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 12, p. 1), stabbilita fl-Artikolu 1(2)(b) tiegħu, għandha tiġi interpretata fis-sens li din tapplika għal deċiżjoni mogħtija minn qorti ta' Stat Membru A fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-proprjetà ta' ishma f'kumpannija maħruġa minn kumpannija li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fl-Istat Membru A, liema ishma ġew ċeduti mill-kuratur tal-falliment ta' kumpannija li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru B, f'sitwazzjoni fejn il-qorti bbażat id-deċiżjoni tagħha fuq il-fatt li, fin-nuqqas ta' konvenzjoni internazzjonali fuq ir-rikonoxximent reċiproku tal-proċedimenti ta' falliment, l-Istat Mambru A ma jirrikonoxxix is-setgħa tal-kuratur li jiddisponi minn proprjetà li tinsab fuq it-territorju tiegħu?
Full & Egal Universal Law Academy