9.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 116/17
Rikors ippreżentat fit-13 ta' Marzu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju ta' Spanja
(Kawża C-113/08)
(2008/C 116/29)
Lingwa tal-kawża: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M.A. Rabanal Suárez u P. Dejmek, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta' Spanja
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara li, billi ma adottax il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2006/49/KE (1) ta' l-14 ta' Ġunju 2006, dwar is-suffiċjenza tal-kapital ta' l-impriżi ta' investiment u ta' l-istituzzjonijiet ta' kreditu, u b'mod partikolari ma' l-Artikoli 17, 22 sa 25, 30, 33, 35, 40, 41, 43, 44 u 50 tagħha, kif ukoll ma' l-Annessi I, II u VII, jew, f'kull każ, billi ma kkomunikax dawn il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi lill-Kummissjoni, ir-Renju ta' Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.
—
tikkundanna lir-Renju ta' Spanja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu mogħti sabiex id-Direttiva 2006/49/KE tiġi trasposta fid-dritt intern skada fil-31 ta' Diċembru 2006.
(1) ĠU L 177, p. 201.
Full & Egal Universal Law Academy