2.8.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 197/2
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-20 ta' Marzu 2008 — Bayerischer Brauerbund e.V. vs Bavaria N.V.
(Kawża C-120/08)
(2008/C 197/02)
Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Bayerischer Brauerbund e.V.
Konvenuta: Bavaria N.V.
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 tal-Kunsill, dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel (1), huwa applikabbli, meta l-indikazzjoni protetta tkun ġiet irreġistrata b'mod validu skond il-proċedura ssemplifikata msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92, ta' l-14 ta' Lulju 1992, dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti ta' l-ikel (2)?
2)
a)
Fil-każ ta' risposta fl-affermativ għall-ewwel domanda: liema huwa l-mument li għandu jittieħed in kunsiderazzjoni għall-finijiet ta' l-evalwazzjoni ta' l-anzjanità [preċedenza fiż-żmien] ta' l-indikazzjoni ġeografika fis-sens ta' l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/06?
b)
Fil-każ ta' risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda: fuq il-bażi ta' liema dispożizzjoni għandu jiġi evalwat il-kunflitt bejn indikazzjoni ġeografika validament irreġistrata skond il-proċedura ssemplifikata ta' l-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 u trade mark, u skond liema kriterji hija evalwata l-anzjanità ta' l-indikazzjoni ġeografika?
3)
Jistgħu jiġu applikati d-dispożizzjonijiet nazzjonali fuq il-protezzjoni ta' ismijiet ġeografiċi, jekk l-indikazzjoni “Bayerisches Bier” (birra tal-Bavarja) tissodisfa l-kundizzjonijiet għal reġistrazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92 u tar-Regolament (KE) Nru 510/06, iżda r-Regolament (KE) Nru 1347/01, tat-28 ta' Ġunju 2001, li jissupplimenta l-Anness mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet ta' l-oriġini skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (3), mhuwiex validu?
(1) ĠU L 93, p. 12.
(2) ĠU L 208, p. 1.
(3) ĠU L 182, p. 3.
Full & Egal Universal Law Academy