9.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 116/17
Rikors ippreżentat fid-19 ta' Marzu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-121/08)
(2008/C 116/31)
Lingwa tal-kawża: Il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: M. Kontou-Durande u L. Pignataro)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika
Talbiet
—
tiddikjara li, billi ma adottatx jew, f'kull każ, billi ma nnotifikatx lill-Kummissjoni l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/61/KE (1) tat-30 ta' Settembru 2005 li timplimenta d-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kundizzjonijiet meħtieġa għat-traċċabilità u n-notifika ta' reazzjonijiet u avvenimenti li huma serjament avversi, ir-Repubblika Ellenika naqset li twettaq l-obbligi imposti fuqha bis-saħħa ta' din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2005/61/KE fis-sistema legali nazzjonali skada fil-31 ta' Awwissu 2006.
(1) ĠU L 256, 1.10.2005, p. 32.
Full & Egal Universal Law Academy