9.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 116/18
Rikors ippreżentat fid-19 ta' Marzu 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq
(Kawża C-122/08)
(2008/C 116/32)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: M. Wilderspin, aġent)
Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq
Talbiet
—
tiddikjara li billi ma adottax il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex jikkonforma ruħu mad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta' April 2004 (1), dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta' l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta' l-Istati Membri, jew fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikahomx lill-Kummissjoni, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu stabbilit għat-traspożizzjoni tad-direttiva skada fit-30 ta' April 2006.
(1) ĠU L 158, p. 77.
Full & Egal Universal Law Academy