9.5.2008
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea
C 116/19
Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mill-High Court of Ireland (l-Irlanda) fil-25 ta' Marzu 2008 — Blaise Baheten Metock, Hanette Eugenie Ngo Ikeng, Christian Joel Baheten, Samuel Zion Ikeng Baheten, Hencheal Ikogho, Donna Ikogho, Roland Chinedu, Marlene Babucke Chinedu, Henry Igboanusi u Roksana Batkowska vs Minister for Justice, Equality and Law Reform
(Kawża C-127/08)
(2008/C 116/34)
Lingwa tal-kawża: L-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Ireland (l-Irlanda)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Blaise Baheten Metock, Hanette Eugenie Ngo Ikeng, Christian Joel Baheten, Samuel Zion Ikeng Baheten, Hencheal Ikogho, Donna Ikogho, Roland Chinedu, Marlene Babucke Chinedu, Henry Igboanusi u Roksana Batkowska.
Konvenut: Minister for Justice, Equality and Law Reform.
Domandi preliminari
1)
Id-Direttiva 2004/38/KE (1) tippermetti li Stat Membru jimponi rekwiżit ġenerali li r-raġel jew il-mara mhux Komunitarji ta' ċittadin ta' l-Unjoni jridu jkunu għexu legalment fi Stat Membru ieħor qabel ma jaslu fl-Istat Membru ospitanti sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/38/KE?
2)
L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2004/38/KE japplika għal ċittadin ta' pajjiż terz li:
i)
huwa r-raġel jew il-mara ta' ċittadin ta' l-Unjoni li jirrisjedi fl-Istat Membru ospitanti u li jissodisfa kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 7(1)(a), (b) jew (ċ) ta' l-imsemmija direttiva, u
ii)
li jirrisjedi fl-Istat Membru ospitanti maċ-ċittadin ta' l-Unjoni bħala r-raġel jew il-mara tiegħu,
indipendentement mill-post u d-data taż-żwieġ tagħhom u tad-data u l-mod kif iċ-ċittadin ta' pajjiż terz daħal fl-Istat Membru ospitanti?
3)
Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti tkun fin-negattiv, l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2004/38/KE japplika għal ċittadin ta' pajjiż terz li huwa r-raġel jew il-mara ta' ċittadin ta' l-Unjoni li:
i)
huwa r-raġel jew il-mara ta' ċittadin ta' l-Unjoni li jirrisjedi fl-Istat Membru ospitanti u li jissodisfa kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 7(1)(a), (b) jew (ċ); u
ii)
jirrisjedi fl-Istat Membru ospitanti fejn jgħix maċ-ċittadin ta' l-Unjoni bħala r-raġel jew il-mara tiegħu; u
iii)
daħal fl-Istat Membru ospitanti indipendentement miċ-ċittadin ta' l-Unjoni, u
iv)
li sussegwentement iżżewweġ liċ-ċittadin ta' l-Unjoni fl-Istat Membru ospitanti?
(1) ĠU L 158, p. 77.
Full & Egal Universal Law Academy